Gharghur_vsb

Excelsior

Il-vara u t-titular

Wahda mill-isbah statwi processjonali li nsibu fil-gzejjer Maltin hija dik li;ghandna fil-parrocca ta' Hal Gharghur. Din il-parrocca hija ddediakta lil San Bartilmew, wiehed mill-appostli li bhala martirju kien gie imqaxxar. L-istatwa tidher li waslet fil-knisja ta' Hal Gharghur fis-sena 1772. Huwa maghruf li meta waslet din l-istatwa, din kienet ghadha biss injam, u ma kellha ebda tizjin fiha. Ghalkemm m'hemm xejn dokumentat, jinghad li din l-istatwa hija xoghol tal-Malti Melchiorre Gafa. Li huwa maghruf zgur huwa l-fatt li meta waslet inghatat f'idejn il-pittur Francesco Zahra biex setgha jkompliha u jaghtiha l-kulur mehtieg. Biex din l-istatwa setghet tinxtara minn Ruma, u tingieb lejn Malta, kif ukoll biex isirulha it-tibdiliet necessarji kellhom jigu mislufa hafna flus. Ghax ir-rahal minn dejjem kien zghir, u ghalhekk flus qatt ma setghu ikunu fil-kwantita'. Fl-1912 l-istatwa ittiehdet ghand il-kumpanija Coleiro tal-belt Valletta biex tkun indurata. Hekk kif tlestiet, kienu nies mir-rahal stess li marru il-Belt ghaliha garrewha lejn Hal Gharghur fuq l-ispallejn.  


Bicca opra ohra, li hija tassew sabiha hija l-kwadru titulari. Dan il-kwadru nhadem minn Giuseppe Cali, l-artist Malti. Kien fis-sena 1902 li dan il-kwadru kien tlesta. Hallas ghalih certu Federiku Attard, u dan il-kwadru kien qam 40 lira Maltin ta` dak iz-zmien. Il-kwadru huwa mahdum fl-istil solitu ta` Cali, fejn hemm il-kuluri juru d-dettalji kollha, u fl-istess hin joffru ukoll spettaklu. San Bert jinstab marbut ma`kolonna u kemm il-figura tieghu,kif ukoll id-drapp li hemm imdawwar ma`qaddu u mitfugh ukoll parti minnu ma` l-art, jiddominaw il-kwadru kollu kemm hu. Fil-kumplament tal-kwadru naraw tlett figuri ohra. Filwaqt li wiehed minnhom huwa skantat b`dak li qieghed jara, it-tnejn l-ohra huma dawk li qeghdin jaghtu l-martirju lill-qaddis. Wiehed qieghed jigbed bil-habel halli jzomm lill-qaddis dritt kemm jista` jkun. Filwaqt li l-iehor diga beda jqaxxar il-gilda minn fuq il-gisem ta` San Bert. Ghalekk li fl-art, hdejn saqajn San Bert, hdejn saqajn San Bert hemm id-demm. Fil-parti ta` fuq tal-kwadru hemm imbghad zewg angli li jidhru nezlin lejn San Bert. Dawn ghandhom f`idejhom is-simboli tal-martirju,biex b`hekk joffru s-salvazzjoni eterna lil dan il-qaddis. Fil-knisja ta` San Bartilmew inisibu diversi kwadri u opri artistici ohra li wiehed jista jammira specjalment fil-festa.
                                

 

         

 

 


Create your countdown widget and more at Blixy.com!